Il-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet ilment ta’ taġel li kien ikkundannat tmien snin ħabs wara li nstab ħati li stupra lil bintu ta’ 17-il sena. Dan kien l-aħħar tentattiv tiegħu fejn huwa kien instab ħati li wettaq dan ir-reat atroċi kemm mill-Qorti tal-Maġistrati kif ukoll mill-Qorti tal-Appell. tilef l-aħħar ilment li ressaq dwar il-każ.
Ir-raġel kien tressaq fil-Qorti tal-Maġistrati f’Novembru 2006 mixli bl-istupru. Kien f’April tal-2014 li huwa kien instab ħati u mar tmien snin ħabs. Ir-raġel li l-identità tiegħu qed tibqa’ anonima biex tkun protetta l-vittma kien appella mis-sentenza fil-Qorti tal-Appell Kriminali u fl-2017 ċaħditlu t-talba.
Il-missier fetaħ kawża fil-Qorti Kostituzzjonali fejn reġa’ appella mis-sentenza fejn qal li ma ngħatax iċ-ċans li jkellem avukat u li l-pulizija ma qalulux xi provi kellhom. L-appell instema mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Anthony Ellul li ċaħdu l-ilment tiegħu.
Fil-Qrati ħareġ li dan kien każ fejn il-vittma rrakkontat dak li għamlilha missierha, u kien hemm xhud oħra li spjegat x’rat lill-amissier jagħmel lil bintu f’okkażjoni minnhom. Xhud li saħansitra rriżulta li waqt il-proċeduri kriminali kienet
ġiet avviċinata mill-ħati li qalilha sabiex twaqqa’ l-verżjoni li tat fil-qorti.
L-Imħallfin ċaħdulu l-ilmenti kollha li qajjem dwar is-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati u iddeskrivew il-każ bħala “xokkanti”.Dan hu każ ta’ missier li ma kienx preżenti fit-trobbija ta’ bintu, u meta sar jafha, meta kienet għadha taħt l-età, minflok ipproteġiha u qatta’ l-ħin magħha sabiex isir jaf u jibni relazzjoni ta’ missier ma’ bint, spiċċa jistupraha f’okkażjonijiet differenti.
“Dan hu każ ta’ missier li ma kienx preżenti fit-trobbija ta’ bintu, u meta sar jafha, meta kienet għadha taħt l-eta,
minflok ipproteġiha u qatta’ l-ħin magħha sabiex isir jafha u jibdni relazzjoni ta’ missier ma’ bint, spiċċa jistupraha f’okkażjonijiet differenti. Saħansitra kien hemm drabi meta bintu kienet taħt l-influwenza tal-alkoħol u għalhekk fi stat vulnerabbli biex toffri xi reżistenza. Il-Qorti tal-Maġistrat diġa wkoll kienet qalet li dan huwa każ mill-aktar xokkanti”.
Il-Qorti Kostituzzjonali qalet li altru milli l-piena karċerarja ta’ tmien snin hi waħda proporzjonatà għall-gravità tal-każ. Hija żiedet li ta’ xejn joqgħod jirreferi għal każijiet oħra fejn il-fatti m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-fatti xokkanti ta’ dan il-każ.
I
//= $special ?>