Illum id-dinja qed tiċċelebra lil dawk il-persuni li jbatu mill-kundizzjoni tal-Bipolar, kundizzjoni b’sintomi ħafna drabi ta’ dipressjoni u burdati li jinbidlu mil-lejl għan-nhar. Dan il-jum jiġi mfakkar propju fit-30 ta’ Marzu sabiex titqajjem kuxjenza globali dwar din il-kundizzjoni u b’hekk tinqered l-istigma soċjali marbuta magħha.
Il-kundizzjoni tal-Bipolar kienet magħrufa qabel bħal dipressjoni manijaka; fejn teffettwa l-moħħ billi tikkawża burdati għoljijn jew baxxi ħafna u tikkawża wkoll tibdil fl-irqad, fl-enerġija, fil-mod kif taħseb u ġġib ruħek. In-nies li jsofru min din il-kundizzjoni f’waqt wieħed jħossuhom kuntenti ħafna u mimlijin enerġija u f’ħin ieħor jħossuhom bi dwejjaq kbar u ma jiswew xejn. Wara ftit jerġgħu jħossuhom normali. Dan dak li jfisser bipolar.
Intant.. tajjeb li wieħed isemmi li l-jum li jfakkar kull sena il-World Bipolar Day hu l-ġurnata tat-twelid tal-famuz pittur,Vincent Van Gogh, fejn hu magħruf li kien ibati b’din il-kundizzjoni.
//= $special ?>