Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, żagħżugħ sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari f’xaft waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’appartament fi Triq San Vinċenz, il-Ħamrun.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li ż-żagħżugħ ta’ 22 sena residenti Marsaskala, weġġa’ wara li waqa’ waqgħa f’blokka appartamenti.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>