Ilbieraħ għall-ħabta tat-3 ta’ waranofsinhar, żewġ nisa residenti Ħal Għaxaq ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Van misjuq minn raġel ta’ 41 sena residenti San Ġwann, vettura misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti Marsaskala u vettura misjuqa minn mara ta’ 49 sena. Fl-aħħar vettura kien hemm mara ta’ 21 sena passiġġiera.
Dawn tal-aħħar ngħataw l-assistenza medika fuq il-post u aktar tard kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>