L-Aqauatic Sports Association organizzat it-tielet avveniment tat-time trials għall-sitaġun 2021/22. Fl-avveniment ipparteċipaw 257 atleta li rrappreżentaw 9 clubs. Matul l-avveniment Ella Fenech Attard stabbilixiet żewġ rekords ġodda fl-Age Group B.
Fl-avveniment tal-400 metru freestyle Fenech Attard kisret ir-rekord preċedenti ta’ Sophia Allen b’ħin ta’ 5:02:41. Fit-800 metru freestyle hi kisret il-ħin tagħha stess b’ħin ġdid ta’ 10:15:23.
L-Assoċjazzjoni ospitat ukoll għall-għawwiema fil-kategoriji tal-Masters miftuħa għal dawk ta’ aktar minn 25 sena.
//= $special ?>