L-Eġittu ressqu ilment uffiċjali wara l-partita kontra s-Senegal wara li huma qed jallegaw li l-players tagħhom kienu esposti għal razziżmu mill-partitarji f’Dakar. Is-Senegal għelbu lil Eġittu wara l-għoti tal-penalties, b’Mohammed Salad ifalli għall-Eġittu u Sadio Mane jiskorja l-penalty deċiżiv li tefa’ lis-Senegal fit-Tazza tad-Dinja fil-Qatar. Il-captain tal-Eġittu, Salah kien wieħed mill-players fil-mira ta’ ‘laser’ aħdar li kien ippuntat f’għajnejn il-players matul l-għoti tal-penalties.
//= $special ?>