Permezz tal-mekkaniżmu tal-ġeneru li se jiġi utilizat għall-ewwel darba fil-process elettorali, il-Parlament Malti se jiżdied bi 12-il siġġu addizzjonali.
Dan il-mekkaniżmu inħoloq sabiex isaħħaħ in-numru ta’ nisa li jirraprezentawna fil-Parlament. Madanakollu, dawn il-kandidati nisa ser jintagħżlu wara li ssir l-elezzjoni każwali.
Il-mekkaniżmu tal-ġeneru se jwassal ghal 12-il siġġu aktar fil-Parlemanet – sitta għal Partit Nazzjonalista u s-sitta l-oħra għal Partit Laburista.
Permezz ta’ dan il-mekkaniżmu, l-ewwel kandidati nisa li se jiġu eletti huma dawk li ma ġewx eletti fl-aħħar proċess ta’ għadd tal-voti ta’ nhar is-Sibt li għadda.
Dan għandu jsir skont l-aħħar għadd … biex imbghad isir ranking skont il-persentaġġ tal-kwota tad-distrett li jkunu ġabu fl-aħħar għadd – u mhux skont l-ammont ta’ unijiet.
F’isem il-Partit Nazzjonalista Janice Chetcuti li kkontestat fuq it-tielet distrett se tkun l-ewwel kandidata mara li tibbenifika minn dan il-mekkaniżmu u tista tiġi eletta l-ewwel peress li kisbet 2,867 vot jew 74% tal-kwota fuq it-tielet distrett – l-akbar ammont ta’ voti mill-kandidati nisa li ma rnexxilhomx jiġu eletti mill-ewwel parti tal-process.
Minkejja dan .. Janice Chetcuti tista tiġi eletta wkoll permezz tal-elezzjoni każwali. Dan għaliex skond l-istatut tal-Partit Nazzjonalista .. Stephen Spiteri li ġie elett miż-żewġ distretti għandu jċedi d-distrett li fih ġab lanqas voti – f’dan il-każ it-tielet distrett.
Il-kandidati nisa li fadal f’isem il-Partit Nazzjonalista li jistgħu jibbenifikaw mill-mekkaniżmu tan-nisa huma:
- Paula Mifsud Bonnici li kkontestat fuq l-ewwel distrett u kisbet 2,404 vot jew 67% tal-kwota fuq dan id-distett.
- Julie Zahra li kkontestat fuq it-tminn distrett u kisbet 2,332 vot jew 63% tal-kwota fuq dan id-distett.
- Bernice Bonello li kkontestat fuq it-tieni distrett u kisbet 2,177 vot jew 57% tal-kwota fuq dan id-distett.
- Rebekah Cilia kkontestat fuq is-sebgħa distrett u kisbet 2,078 vot jew 53% tal-kwota fuq dan id-distett.
- Claudette Buttigieg li kkontestat fuq it-tnax-il distrett u kisbet 1,638 vot jew 45% tal-kwota fuq dan id-distett.
- U Eve Borg Bonello li kkontestat fuq id-disa’ distrett u kisbet 1,314 vot jew 37% tal-kwota fuq dan id-distett.
Wara dawn is-sitta, hemm…Emma Portelli Bonnici li kkontestat fuq l-għaxar distrett u kisbet 1,128 vot jew 32% tal-kwota fuq dan id-distett.
Maria Deguara li kkontestat fuq it-tnax-il distrett u kisbet 985 vot jew 27% tal-kwota fuq dan id-distett.
Alessia Psaila Zammit li kkontestat fuq is-sitt distrett u kisbet 1,010 vot jew 26% tal-kwota fuq dan id-distett.
Graziella Attard Previ li kkontestat fuq l-għaxar distrett u kisbet 639 vot jew 18% tal-kwota fuq dan id-distett.
Mary Muscat li kkontestat fuq it-tielet distrett u kisbet 648 vot jew 17% tal-kwota fuq dan id-distett.
Francine Farrugia li kkontestat fuq il-ħames distrett u kisbet 600 vot jew 16% tal-kwota fuq dan id-distett.
Josephine Xuereb li kkontestat fuq it-tlettax-il distrett u kisbet 576 vot jew 13% tal-kwota fuq dan id-distett.
Doris Borg li kkontestat fuq it-tieni distrett u kisbet 248 vot jew 7% tal-kwota fuq dan id-distett.
U Josianne Cardona Gatt li kkontestat fuq l-ewwel distrett u kisbet 62 vot jew 2% tal-kwota fuq dan id-distett.
Min-naħa l-oħra, f’isem il-Partit Laburista Rosianne Cutajar li kkontestat fuq is-sitt distrett se tkun l-ewwel kandidata mara li tibbenifika minn dan il-mekkaniżmu u tista tiġi eletta l-ewwel peress li kisbet 2,919-il vot jew 75% tal-quota fuq is-sitt distrett – l-aktar ammont ta’ voti mill-kandidati nisa li ma rnexxilhomx jiġu eletti mill-aħħar għadd ta’ voti.
Il-kandidati nisa f’isem il-Partit Laburista li jistgħu jibbenifikaw mill-mekkaniżmu huma:Alicia Bugeja Said li kkontestat fuq it-tielet distrett u kisbet 55% tal-kwota fuq dan id-distett.
Rebecca Buttiġieg li kkontestat fuq id-disa’ distrett u kisbet 47% tal-kwota fuq dan id-distett.
Cressida Galea li kkontestat fuq it-tminn distrett u kisbet 43% tal-kwota fuq dan id-distett.
Katya De Giovanni li kkontestat fuq ir-rabà distrett u kisbet 35% tal-kwota fuq dan id-distett.
Abigail Camilleri li kkontestat fuq it-tlettax-il distrett u kisbet 33% tal-kwota fuq dan id-distett.
U Romilda Baldacchino Zarb li kkontestat fuq il-ħdax-il distrett u kisbet 29% tal-kwota fuq dan id-distett.