Carmelo Abela u Michael Farrugia fost dawk li baqgħu b’xejn
Maghrufa ufficjalment il-lista tal-membri tal-Kabinett għat-tieni leġislatura ta’ Robert Abela.
F’Kabinett magħmul minn 23 persuna – tliet membri biss anqas mill-ewwel Kabinett ta’ Abela – jispikka n-nuqqas ta’ Carmelo Abela, Deo Debattista, Michael Farrugia u Alex Muscat flimkien ma’ Edward Zammit Lewis u Chris Agius, li tilfu posthom minn possibilta’ ta’ kariga Ministerjali… minkejja li telgħu b’saħħa fl-elezzjoni ġenerali ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Pereżempju, fl-elezzjoni, Carmelo Abela tela’ fit-tielet distrett qabel Andy Ellul, li iżda dan sab postu fil-Kabinett, tant li Abela żammu qribu b’Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
U Chris Agius, li tela’ mit-tieni distrett qabel Alison Zerafa Civelli, ukoll spiċċa barra mill-Kabinett ….minkejja li tela’ qabel oħt il-mara tal-Prim Ministru, li Abela tefagħha Segretarju Parlamentari.
Sadanittant, il-Prim Ministru tenna l-fiduċja tiegħu fi Clint Camilleri biex jibqa’ Ministru ta’ Għawdex, filwaqt li Ian Borg kien trasferit għal Ministru tal-Affarijiet Barranin. Min-naħa l-oħra, lil Miriam Dalli kompla jsaħħilha l-portafoll billi żiedilha l-Ambjent… filwaqt li lil Clayton Bartolo żammu bħala Ministru tat-Turiżmu.
It-tieni Kabinett ta’ Robert Abela ngħata l-Ġurament tal-Ħatra mill-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz tal-President, fil-Belt…. wara li lbieraħ filgħaxija, Abela sejjaħ lil uħud mill-Membri Parlamentari eletti fi tmiem il-ġimgħa biex jispjegalhom il-portafolli li assenjalhom.
Din hi l-lista sħiħa tal-membri li se jifformaw parti mill-Kabinett tat-tieni legislatura ta’ Robert Abela wara l-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu li ghadda.
– Robert Abela: Prim Ministru
– Chris Fearne: Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa
– Owen Bonnici: Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali
– Ian Borg: Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
– Michael Falzon: Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
– Anton Refalo: Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali
– Roderick Galdes: Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli
– Silvio Schembri: Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet
– Julia Farrugia Portelli: Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur
– Aaron Farrugia: Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali
– Clint Camilleri: Ministru għal Għawdex
– Byron Camilleri: Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza
– Clayton Bartolo: Ministru għat-Turiżmu
– Miriam Dalli: Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża
– Clyde Caruana: Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol
– Clifton Grima: Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
– Stefan Zrinzo Azzopardi: Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar
– Jonathan Attard: Ministru għall-Ġustizzja
– Jo Etienne Abela: Ministru għall-Anzjanità Attiva
– Andy Ellul: Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru
– Alison Zerafa Civelli: Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali
– Chris Bonnett: Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Fondi Ewropej u l-Artijiet
– U Keith Azzopardi Tanti: Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
//= $special ?>