Lokali

Malta se tipparteċipa fis-sitt post tat-tieni semi-finali

Emma Muscat bil-kanzunetta ‘I am what I am’ ser tkun qed tipparteċipa fis-sitt post fit-tieni semi finali tal-Eurovision Song Contest, li din is-sena se jsir fil-belt Taljana ta’ Turin.

It-tieni semi finali ser isir il-Ħamis, 12 ta’ Mejju u fiha ser ikunu qegħdin jieħdu sehem 18-il pajjiż. Fost il-pajjiżi li Malta ser tkun qed tikkompeti maghhom hemm il-Finlandja li tipparteċipa fl-ewwel post bil-kanzunetta ‘Jezebel’, Iżrael fit-tieni post bil-kanzunetta I.M, is-Serbia fit-tielet post bil-kanzunetta ‘In Corpore Sano’, l-Azerbaijan fir-rabà post bil-kanzunetta Fade To Black u, il-Georgia fil-ħames post bil-kanzunetta ‘Lock me In’.

Wara Malta, dawn huma il-pajjiżi li ser ikunu qegħdin jipparteċipaw fit-tieni semi-finali:

Fis-sebà post – San Marino bil-kanzunetta ‘ Stripper’, Fit-tminn post – Awstralia bil-kanzunetta ‘Not the Same’, fid-disà post – Cipru bil-kanzunetta ‘Ela’, fl-10 post – l-Irlanda bil-kanzunetta ‘That’s Rich’, Fil-11-il post – Macedonia ta’ Fuq bil-kanzunetta ‘Circles’, fit-tnax il-post – Estonia bil-kanzunetta ‘Hope’, Fit-tlettax-il post Romanija bil-kanzunetta ‘ Llámame’, wara jkun imiss il-Polonja bil-kanzunetta ‘River’, Montenegro fil-15-il post bil-kanzunetta ‘Breathe’, Belgium fis-16-il post bil-kanzunetta ‘Miss You’, Svezja fis-17-il post bil-kanzunetta ‘Hold Me Closer’ u Republika Ceka fit-18-il post bil-kanzunetta ‘Lights Off’.

Fl-ewwel semi finali ser tiġi organizzata it-Tlieta, 10 ta’ Mejju ser ikunu qegħdin jipparteċipaw 17-il pajjiż ieħor .. f’din l-ordni:

  1. Fl-ewwel post l-Albanija bil-kanzunetta ‘Sekret’
  2. Fit-tieni post Latvia bil-kanzunetta ‘Eat your Salad’
  3. Fit-tielet post Lithuania bil-kanzunetta ‘Sentimental’
  4. Fir-Rabà post l-Isvizzera bil-kanzunetta ‘Boys do Cry’
  5. Fil-ħames post Slovenia bil-kanzunetta ‘Disko’
  6. Fis-sitt post l-Ukrajna bil-kanzunetta ‘Stefania’
  7. Fis-sebà post l-Bulgaria bil-kanzunetta ‘Miss You’
  8. Fit-tminn post l-Olanda bil-kanzunetta ‘De Diepte’
  9. Fid-disà post l-Moldova bil-kanzunetta ‘Trenuleţul’
  10. Fl-Għaxar post l-Portugal bil-kanzunetta ‘Saudade, saudade’
  11. Fil-ħdax-il post l-Kroazia bil-kanzunetta ‘Guilty Pleasure’.
  12. Fit-tnax-il post id-Danimarka bil-kanzunetta ‘The Show’.
  13. Fit-tlettax-il post l-Awstria bil-kanzunetta ‘Halo’
  14. Fl-Erbatax-il post l-Izlanda bil-kanzunetta ‘Með hækkandi sól.’
  15. Fil-Ħmistax-il post il-Grecja bil-kanzunetta ‘Die Together’
  16. Fis-Sittax-il post in-Norveġja bil-kanzunetta ‘Give That Wolf a Banana’
  17. Fis-Sbatax-il post l-Armenia bil-kanzunetta ‘Snap’.

Il-finali tas-66 edizzjoni tal-eurovision ser ssir s-Sibt, 14 ta’ Mejju.

Tul is-serata finali, l-ħames pajjiżi l-kbar li huma l-Italja, Franza, Germanja, Spanja u Renju Unit ser ikunu qed jikkompetu wkoll flimkien mal-20 finalista li ser jgħaddu wara li jikkompetu fl-ewwel u t-tieni Semi-finali.