Sport Sport Ieħor

Naomi Osaka fis-semi finali tal-Open ta’ Miami

(Ritratt: EPA)

L-eks numru wieħed Naomi Osaka telgħet fis-semi finali meta għelbet lil Danielle Collins fi straight sets. L-erba’ darbiet rebbieħa tal-Grand Slam, li għadha ma tilfitx set fit-tournament, għelbet lil Collins 6-2 6-1 f’partita li damet madwar sija. Fis-semifinali Osaka issa tiltaqa’ kontra Belinda Bencic tal-Iżvizzerea. Iċ-champion Olimpika Bencic għelbet lil Awstraljana Daria Saville 6-1 6-2 biex għmlet fis-semi finali. Dan huwa r-raba avveniment li qed tilgħab fih Osaka, sa mill-waqfa tagħha fl-2021 minħabba s-saħħa mentali. Attwalment Osaka tinsab fis-77 post fir-rankings tal-WTA.