Lokali

Studenti tal-MCAST jagħmlu l-volontarjat biex jgħinu studenti bi problemi finanzjarji

Studenti li qed jistudjaw il-midja fl-MCAST ħasbu biex jagħmlu xogħol ta’ volontarjat biex jgħinu studenti oħra bi problemi finanzjarji.

Dan se jsir permezz ta’ car wash fil-5 u s-6 t’April fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta bejn id-9 ta’ filgħodu u l-4 ta’ waranofsinhar.

Dan il-volontarjat qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Studenti MCAST, bil-flus se jmorru biex jgħinu studenti li ma jaffordjawx jixtru tagħmir elettroniku biex ikomplu bl-istudji tagħhom.