Għall-ħabta tal-4.45 ta’ waranofsinhar inqalbet vettura fi Triq it-Torri ta’ Alof de Wignacourt, ix-Xgħajra.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija fejn irriżulta li vettura misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti x-Xgħajra stess tilef il-kontroll u spiċċa nqaleb fil-karozza b’kollox.
Issejjaħ ukoll l-assistenza ta’ tim mediku fejn wara li taw lir-raġel l-ewwel għajnuna, hu ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>