Il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi ta’ Puttinu ser isir fil-Ġimgħa l-Kbira, nhar il-Ġimgħa 15 t’ April.
Hekk kif bħalissa għaddejja tħejjija kontinwa għall-maratona ta’ ġbir ta’ fondi li ser isir fil-Ġimgħa l-Kbira, nhar il-Ġimgħa 15 t’ April, fuq il-media soċjali ta’ Puttinu, ittelgħat l-istorja ta’ Jessica, li fl-età ta’ 12-il sena fl-2002, kienu sabulha tumur.
Jessica qalet li “ġeneralment dan it-tip ta’ kanċer ma jkunx fuq it-tfal iżda fuq nisa ikbar fl-età. Ħadt il-Chemotherapy u kelli nagħmel operazzjonijiet pero għal Grazzja t’Alla illum għandi 32 sena, miżżewġa u għandi tifla ta’ 8 snin.”
“Dr. Calvagna kien ta spalla kbira għal ġenituri tiegħi f’dak iż-żmien kif ukoll wara flimkien mat-team kollu ta’ nurses, tobba, u t-team ta’ Puttinu.”
Jessica tenniet li l-kelma grazzi mhux bizejjed ta’ kemm Puttinu jagħmlu għal pazjenti u l-familji tagħhom.

Intant din is-sena l-mixja tal-Ġimgħa l-Kbira li hija s-17-il edizzjoni tal-mixja b’risq Puttinu Cares se terġa’ ssir matul il-lejl nhar il-Ġimgha 15 ta’ April f’nofsillejl.
Din is-sena se tkun b’dedikazzjoni speċjali għal żewġ persuni li huma għall-qalb Puttinu Cares, il-President ta’ Puttinu Cares Victor Calvagna li miet fl-eta ta’ 63 sena, fl-4 ta’ Jannar ta’ din is-sena, u Anna Marie Farrugia li tiġi bint il-fundatur tal-mija Joe Vella li ħallietna fl-età ta’ 37 sena f’April 2020.
Il-parteċipanti se jkunu mitluba joffru donazzjoni ta’ €10 sabiex jgħinu lill-Fondazzjoni Puttinu Cares.
//= $special ?>