Lokali

Iċedi saqaf ta’ residenza fil-Marsa; Anzjan ta’ 83 sena jittieħed l-Isptar

Il-Ħamis wara nofsinhar għall-ħabta tal-3pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident f’residenza fi Triq Stiefnu Zerafa, fil-Marsa.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel anżjan ta’ 83 sena weġgħa għax ċeda saqaf bih.

Fuq il-post isejħu l-pulizija flimkien ma tim mediku fejn ta l-ewwel għajnuna, u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei .. iżda sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhiex magħrufa.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fil-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.