Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Aktar minn 1,000 ċivili maqtula mill-bidu tal-invażjoni

In-Nazzjonijiet Uniti, waqt li żvelat l-istatistika aġġornata dwar l-istraġi fl-Ukrajna, ivverifikat talanqas 1,190 ċivili maqtula ( fl-Ukrajna) mill-bidu tal-invażjoni mill-qawwiet Russi fl-24 ta’ Frar.

Rapport xokkanti ieħor hu li ċ-ċivili maqtula jinkludu ‘il fuq minn 100 tifel u tifla u li jkompli juri li r-Russja mhix qed tagħti każ l-impatt tal-offensiva mill-art u mill-ajru fuq l-ibliet prinċipali tal-Ukrajna.

Sadanittant, in-NU wissiet li anki minn dan l-aspett, iċ-ċifra tal-vittmi ċivili kapaċi tkun ‘ferm u ferm akbar’ milli qed turi l-istatistika uffiċjali. Dan meta diffiċli li wieħed jikkonferma l-vittmi fiz-zoni Ukreni l-aktar affettwati mill-gwerra – fosthom il-belt ta’ Mariupol.

In-NU enfasizzat li ċ-ċivili Ukreni, illum, qegħdin ibatu bil-kbir fost l-effetti tal-werra u meta l-Ukrajna qed tiffaċċja ‘kriżi umanitarja kritika’ – bin-nies ikomplu jmutu ‘bil-mijiet’ fl-ibliet taħt assedju.