Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky, fl-aħħar sigħat indirizza lill-Parlamenti tal-Awstralja u l-Olanda permezz ta’ videolink.
F’diskors lill-Parlament Awstraljan, Zelensky insista dwar il-ħtieġa ta’ sanzjonijiet ġodda ‘u aktar b’saħħithom’ għar-Russja biex tiżdied il-pressjoni fuq Moska. Hu qal ukoll li d-dinja ‘messa imponiet penali ħorox ferm għall-Kremlin’ meta s-suldati Russi, fl-2014, kienu invadew il-Krimea u ħatfuha lill-Ukrajna.
Hu, wara, indirizza lill-Parlament Olandiż fejn sejjaħ biex l-Olandiżi jibbojkottjaw l-esportazzjonijiet tal-enerġija mir-Russja.
Zelensky qal li kull dollaru li l-Kremlin qed jaqla’ mill-Istati tal-Unjoni Ewropea għall-esportazzjoni ta’ materja prima qed ikun investit direttament fil-magna tal-gwerra ta’ Vladimir Putin li qiegħda toqtol kontinwament liċ-ċivili Ukreni.
//= $special ?>