Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Ikomplu l-umiljazzjonijiet għall-Kremlin u Vladimir Putin

Eħempju ċar ta’ kemm l-invażjoni sejra ħażin għat-truppi tal-President Russu Vladimir Putin hu l-fatt li l-Kremlin issa qed jibgħat suldati riservisti ta’ bejn 18 u 19-il sena għall-kumbattimenti fl-Ukrajna.

Dan minkejja l-wiegħda li l-Kremlin kien se juża ‘biss’ il-battaljuni bit-truppi regolari għall-invażjoni tal-ġar.

Fl-aħħar sigħat spikka filmat fuq l-Internet fejn grupp ta’ suldati żgħażagħ Russi qed jgħidu li huma ma riedux jiġġieldu f’din il-gwerra u li l-Kremlin bagħathom għall-battalji b’azzarini antikwati li wħud imorru lura għas-snin erbgħin.

Dan ukoll meta aktar suldati Russi qed iċedu ‘bil-mijiet’ lill-Ukreni minħabba l-possibbiltà li huma jinqatlu fuq l-ordnijiet tal-Kremlin jekk imorru lura pajjiżhom wara l-fallimenti militari fl-Ukrajna.