Il-Prim Ministru tan-Norveġja, Jonas Gahr Stoere, fl-aħħar sigħat, għamel ‘appell imqanqal’ lill-President Russu Vladimir Putin biex joħroġ lit-truppi tiegħu mill-artijiet tal-Ukrajna.
Gahr Stoere appella wkoll biex il-Kremlin ta’ Moska jippermetti li l-Ukreni jingħataw aċċess għall-għajnuna umanitarja u biex ‘ma jbatux aktar ċivili innoċenti fl-Ukrajna’.
Stqarrija mill-Gvern tan-Norveġja qal li Jonas Gahr Stoere u Vladimir Putin ‘damu sagħtejn jiddiskutu l-iżviluppi u l-possibbiltajiet tal-gwerra fl-Ukrajna’. U wara t-telefonata ma’ Putin, il-Prim Ministru Norveġiż qal li minkejja li mhux jistenna bidliet kbar fil-politika ta’ Moska ( dwar l-Ukrajna) hu jemmen xorta li għandu jsir kull sforz diplomatiku f’sitwazzjoni ddisprata.
In-Norveġja taqsam fruntiera mar-Russja waqt li tifforma parti mill-Alleanza militari tan-NATO.
//= $special ?>