F’intervista li l-Kardinal Mario Grech kellu mar-Radju tal-Vatikan huwa tkellem dwar is-sinifikat taż-żjara tal-Papa Franġisku f’pajjiżna hekk kif dan se jkun mument li jikkonferma l-fidi tal-poplu Malti u Għawdxi kollu fil-Knisja Kattolika.
Huwa fakkar kif pajjiżna għadu kemm għadda minn elezzjoni ġenerali u dan għandu jfakkarna kif l-poplu Malti huwa poplu elett minn Alla li qed iżomm il-wegħdi tiegħu li l-Maltin u l-Għawdxin kollha se jibqgħu taħt il-ħarsien tiegħu.
Il-Karindal Mario Grech qal li din iż-żjara tal-Papa Franġisku se timla lill-poplu Malti b’iktar tama hekk kif bħalissa id-dinja kollha tinsab għaddejja minn perjodu ta’ qtigħ il-qalb partikolament minħabba l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Saħaq li l-fatt li l-Papa se jżur lill-immigranti din se tkun okkażjoni biex juri l-apprezzament tiegħu lejn in-nazzjon tagħna li għamel u għadu qed jagħmel il-parti tiegħu f’din il-kwistjoni. U dan għandu jibgħat messaġġ qawwi lill-Ewropa …li Malta m’għandhiex titħalla waħedha f’din it-traġedja umana.