Futbol Sport

It-tim nazzjonali Malti jitla’ ħames postijiet fir-ranking tal-FIFA

It-tim nazzjonali Malti tal-futbol tela’ ħames postijiet fir-ranking tal-FIFA wara r-rebħiet fiż-żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra l-Azerbaijan u l-Kuwajt rispettivament. It-tim Malti tela’ fil-169 post fejn irnexxielu jġib 12.6 punti. Dan ifisser it-tielet l-aqwa ammont ta’ punti miksub minn nazzjon Ewropew, fejn fl-Ewropa kienu biss il-Maċedonja u l-Polonja li kisbu kambjament aħjar minn dak tat-tim Malti.

L-iskwadra mmexxija minn Devis Mangia issa jmissha logħba ta’ ħbiberija fl-1 ta’ Ġunju, qabel il-logħob mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Nations League kontra San Marino fil-5 ta’ Ġunju u 12 ta’ Ġunju, u l-Estonja fid-9 ta’ Ġunju).