L-astronawta Amerikan tan-NASA Mark Vande Hei u l-kosmonawti Russi Anton Shkaplerov u Pyotr Dubrov fl-aħħar sigħat irritornaw lura fid-dinja b’kapsula spazjali mill-International Space Station,
Vande Hei irreġistra rekord ta’ 355 jum fl-orbita waqt din il-missjoni li kienet it-tieni waħda fl-ispazju għal dan l-eks uffiċjal tal-militar tal-Istati Uniti.
Sadanittant, din kienet l-ewwel titjira spazjali għal Pyotr Dybrov, b’Anton Shkaplerov qed jikkonkludi l-perjodu tiegħu bħala l-aħħar kmandant tal-International Space Station wara total ta’ 708 ġranet fl-ispazju.
Il-missjoni fl-ispazju konkludiet b’wiċċ il-ġid minkejja t-tħassib li t-tensjoni dwar il-gwerra fl-Ukrajna setgħet ħalliet impatt għall-kooperazzjoni bejn l-astronawti Amerikani u l-kosmonawti Russi fuq l-International Space Station.
//= $special ?>

