Il-Formula 1 wieħed ħabbret li Las Vegas se tkun qed tospita Grand Prix fl-istaġun 2023. Din se tkun it-tielet Grand Prix fl-Istati Uniti wara dik ta’ Texas u kif ukoll il-Grand Prix ta’ Miami, li se tkun qed ssir għall-ewwel darba f’Mejju li ġej. F’Las Vegas is-sewwieqa se jkunu qed jużaw it-toroq madwar il-famuża ‘Strip’ ta’ Las Vegas, li hija l-mekka tad-divertiment fl-Istati Uniti. Il-President tal-Formula 1 Stefano Domenicali qal li dan il-ftehim juri kemm kiber fil-popolarita’ tiegħu l-isport tal-Formula 1.
//= $special ?>