Minn informazzjoni li waslitilna jidher li għall-ħabta tat-3pm, mara ta’ 35 residenti l-Gzira waqgħet mill-irdum fl-area tal-Karraba, fil-Ġnejna.
Immedjatament fuq il-post waslu membri tal-protezzjoni ċivili sabiex itellegħu lill-mara li waqgħet fuq l-għoljiet tat-tafal.
Fuq il-post wasal ukoll tim mediku u ambulanza sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna. Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza iżda sa issa, l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.
Aktar dettalji hekk kif jaslulna.
//= $special ?>