Ħafna qed jistennew b’entużjażmu l-wasla tal-Papa Franġisku f’pajjiżna… u għal din l-okkażjoni, il-kumpanija MaltaPost ħejjiet bolla f’miniature sheet li turi lill-Kap tal-Knisja f’Ta’ Pinu, Għawdex.
Net News iltaqa’ mal-Head of Philately fi ħdan il-MaltaPost, Mary Grace Simpson illi spjegatilna il-ħsieb wara din il-bolla.
Biex saret din il-bolla kien jeħtieġ xogħol ma jaqta’ xejn li ħa x-xhur, sakemm fl-aħħar mill-aħħar din il-bolla tpoġġiet għall-bejgħ.
Bolla li qed ifittxuha mhux biss il-Maltin iżda diversi barranin minn madwar id-dinja kollha.
Dawn it-tip ta’ bolol mhux l-ewwel darba li saru.
Din il-ħarġa se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f’Malta u Għawdex minn nhar is-Sibt li ġej.