Rapport: Stewart Said
EXILES……………………………… 10
SIRENS MECCA MARIN……… 11
(2-2), (3-2), (3-4), (2-3)
Sirens Mecca Marin ikkonfermaw li huma wieħed mit-timijiet tal-mument, bit-tielet rebħa konsekuttiva fl-aħħar għaxart ijiem, din id-darba kontra Exiles. Konfront tipiku bejn dawn iż-żewġ timijiet, jiġifieri logħba missielta u r-riżultat li seta’ jmur kull naħa.
It-tim minn San Pawl il-Baħar skorja darbtejn fl-ewwel żewġ minuti iżda Exiles irkupraw l-iżvantaġġ eżatt ma’ tmiem is-sessjoni u saħansitra marru minn fuq permezz ta’ man-up skorjat minn David Fenech.
Exiles baqgħu jżommu d-distakk sa nofs it-tielet sessjoni, sakemm Mikhael Cutajar u Jacob Sciberras ġabu d-draw fi ftit sekondi. Il-logħba daret f’botta u risposta bejn iż-żewġ timijiet sakemm madwar tliet minuti minn tmiem il-logħba, Isaiah Riolo ħasad lil Matthew Castillo. Exiles pruvaw jevitaw it-telfa iżda proprju fl-aħħar azzjoni, Thomas Micallef salva x-xutt ta’ Max Aquilina.
Exiles: M. Castillo, N. Saliba, S. Apap, P. Paris (1), T. Sullivan (1), S. Xerri de Caro, M. Fenech, K. Griscti, N. Paris, J. Bajada (1), M. Aquilina (5), D. Fenech (1), G. Borg, L. Gialanze (1), M. Martellacci
Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (1), J. Sciberras (4), J. Zerafa Gregory, M. Aquilina, M. Chircop, I. Riolo (3), J. Napier, M. Cutajar (1), M. Sciberras (2), M. Bonello Dupuis, K. Agius, E. Bonnici
Referees: Ronnie Spiteri, Massimo Angileri
BARRACUDAS………………….. 12
TA’ XBIEX AMIGOS…………… 18
(2-2), (5-6), (1-6), (4-4)
Finalment waslet l-ewwel rebħa ta’ Ta’ Xbiex Amigos. Minkejja d-distakk finali, ma kinitx daqshekk faċli għat-tim ta’ Dejan Simeonov. Barracudas tilfu diversi okkażjonijiet meta d-distakk kien qrib u pattew qares, għalkemm wieħed ma jridx inaqqas mill-mertu ta’ Ta’ Xbiex.
Elijah Schembri poġġa lil Ta’ Xbiex 2-0 fil-vantaġġ iżda pronta kienet ir-reazzjoni ta’ Barracudas li sa nofs it-tieni sessjoni, kisbu vantaġġ ta’ 6-2. Ta’ Xbiex irnexxielhom iwettqu reazzjoni immedjata u saħansitra temmew is-sessjoni 8-7 fil-vantaġġ, b’doppjetti ta’ Jayden Cassar u Edward Aquilina fost il-gowls. Ascanio Piccione ġab id-draw fit-tielet sessjoni iżda kif Ta’ Xbiex ħadu l-vantaġġ, qatt ma tilfuh, tant li aċċertaw mir-rebħa. Fl-aħħar sessjoni, Barracudas pruvaw ma jkabbrux il-marġni tat-telfa.
Barracudas: M. Borg, A. Piccione (1), A. Magri (2), P. Micallef, D. Ciantar (2), R. Sciortino (1), S. Aquilina (1), L. Galea (2), V. Bartolo, S. Camilleri, A. Mifsud (2), T.J. Mifsud, C. Bugeja, J. Bugeja, N. Camenzuli (1)
Ta’ Xbiex: R. Coleiro, C.J. Saliba (1), E. Aquilina (4), J. Pace Mizzi, E. Meli (3), S. Engerer, Z. Cutajar Licari (1), J. Cassar (4), E. Schembri (3), B. Attard Littschwager (1), P. Tabone, J. Chircop (1), D. Galea Mule, T. Fenech
Referees: Alex de Raffaele, Massimo Angileri
M’SKALA FISH AND FISH….. 23
OTTERS NIVEA…………………. 3
(6-0), (5-0), (8-1), (4-2)
Ir-rebħa għal Marsaskala Fish and Fish kienet mistennija iżda żgur li mhux b’dan id-distakk. Marsaskala lagħbu biss il-logħba tagħhom iżda fuq in-naħa l-oħra, Otters kellhom l-agħar prestazzjoni tal-istaġun. Mhux biss għar-riżultat, iżda l-prestazzjoni kienet negattiva, fraġli fid-difiża u mingħajr kordinazzjoni fl-attakk.
Tripletta ta’ David Pace Lupi fl-ewwel sessjoni għenet lil Marsaskala jiftħu vantaġġ komdu ta’ 6-0. Ħames gowls minn ħames plejers differenti kabbru d-distakk għal 11-il gowl. Kien fil-bidu tat-tielet sessjoni li Otters skorjaw l-ewwel gowl minn penalty, iżda Marsaskala baqgħu jiddominaw tul il-kumplament tal-logħba.
Marsaskala: J. Micallef, A. Camenzuli (4), P. Privitera (1), R. Greco (1), G. Galea, K. Navarro (1), M. Manara (2), D. Pace Lupi (5), G. Sammut (3), J. Ciantar (3), M. Carani (1), A. Muscat, L. Falzon (1), C. Mercieca (1)
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna, L. Grech Carr (1), D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech, M. Farrugia, Z. Bartolo (2), A. Dimech, M. Grech, T. Milner
Referees: Stefan Licari, Richard Magri
Logħob li jmiss
Għada
Kampjonat Premier
San Ġiljan v Birżebbuġa 5.05pm
Neptunes v Sliema 6.10pm
Kampjonat Premier
L R D T F K Pti
Sliema 4 4 0 0 58 15 12
San Ġiljan 4 3 0 1 45 25 9
Sirens 5 3 0 2 38 46 9
Neptunes 4 1 1 2 37 40 4
Birżebbuġa 4 1 1 2 29 47 4
Exiles 5 0 0 5 30 64 0
L-Ewwel Diviżjoni
L R D T F K Pti
Valletta 4 4 0 0 51 21 12
Marsaskala 4 3 0 1 60 17 9
Otters 4 1 1 2 27 56 4
Ta’ Xbiex 4 1 1 2 41 48 4
Barracudas 4 0 0 4 29 66 0
//= $special ?>