Il-FIFA nehdiet l-ewwel diska mis-soundtrack uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar. Id-diska bl-isem ta’ ‘Hayya Hayya’ li fi kliem Malti tfisser ‘Aħjar Flimkien’ hi kantata mill-kantanta mill-Qatar Aisha b’kollaborazzjoni mal-Amerikani Trinidad Cardona u Davido. Din hija l-ewwel diska uffiċjali minn soundtrack li se tinħareġ għat-tournament li se jibda f’Novembru ta’ din is-sena.
Il-kantanti mistennija jkantaw din il-kanzunetta għall-ewwel darba waqt il-poloz li se jittellgħu aktar tard il-Ġimgħa f’Doha il-Qatar. Il-FIFA qalet li din il-kanzunetta tiġbor fiha l-eċitament tal-partitarji kollha għal dan it-turnament li tant qed jistennew lejn tmiem din is-sena.
Kull ma jmur qed tkompli tiżdied l-aspettativa għal din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fejn kuntrarju ta’ dak li imdorrijin bih, din l-edizzjoni se ssir bejn Novembru u Diċembru, minflokk fix-xhur sajfin.
//= $special ?>