Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Il-Kremlin iwieġeb għall-kritika ta’ Gerard Depardieu

Foto LaPresse/Lo Debole/Bianchi Firenze, Italia 29-10-2016 spettacolo L'attore Gerard Depardieu presenta il suo libri "L'innocente" alla libreria Red di Firenzenella foto: Gerard DepardieuPhoto LaPresse/Lo Debole/Bianchi Florence, Italy 29-10-2016 entertainment The actor Gerard Depardieu presents his book "The innocent" to the library Red FlorenceIn the pic: Gerard Depardieu

L-attur Franċiż rinomat, Gerard Depardieu, hu l-aħħar personalità ċelebri li kkundanna l-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet tar-Russja….Dan minkejja li l-istess Depardieu, fl-2013, kien ħa ċittadinanza Russa wara li telaq minn Franza għal raġunijiet relatati mat-taxxa,

Depardieu kien irċieva l-passaport personalment mingħand il-President Russu Vladimir Putin iżda llum, hu mhux qed iħalli dubju dwar kif jaħsibha dwar il-konflitt fl-Ukrajna…Fil-fatt, l-attur, fl-aħħar sigħat, akkuża lill-President tar-Russja ‘dwar aġir bla sens u eċċessiv’ fl-artijiet tal-Ukreni.,

Dawn il-kummenti, sadanittant, qanqlu reazzjoni minn Moska, fejn Dmitry Peskov, il-kelliem ewlieni għal Putin u l-Kremlin, qal li Gerard Depardieu ‘x’aktarx li mhux qed jifhem għal kollox is-sitwazzjoni fl-Ukrajna’ ….Peskov, fl-istess ħin, offra li ‘jispjega ċ-ċirkustanzi ta’ din il-kampanja militari ( lil Depardieu) fil-ħin li jagħżel hu.’