Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Illum jitilgħu l-poloz tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar

Din hija sena tat-Tazza tad-Dinja u llum fis-6.00pm jitilgħu l-poloz. Għal darb’oħra l-eċċitament qed jibda jinbena għall-akbar tournament tal-futbol li se jsir fil-Qatar matul Novembru u Diċembru. Imċaqlaq mis-sajf minħabba t-temperaturi sħan tal-pajjiż fil-Lvant Nofsani, l-affarijiet żgur li se jkunu daqsxejn differenti din id-darba.

Iżda bi 32 nazzjon jikkompetu għat-tazza, mhux se jkunu inqas eċċitanti u ħafna se jkunu qed joħolmu li isimhom jiġi mnaqqax fuq it-trofew famuż.   It-tlugħ tal-fażi tal-gruppi għat-Tazza tad-Dinja tal-2022 se jsir illum fil-belt kapitali tal-Qatar, Doha, fejn għadd ta’ partiti mportanti se jsiru, nkluż il-finali.  

L-Ukrajna ma jistgħux jipparteċipaw fis-semifinali tal-play-off tagħhom kontra l-Iskozja minħabba l-invażjoni tar-Russja, li jfisser li s-sezzjoni tal-kwalifika Ewropea finali ġiet posposta għal Ġunju l-aktar kmieni.

Il-bqija tat-timijiet se jkollhom aktar minn seba’ xhur biex jippreparaw għall-avversarji tagħhom qabel ma jibda t-tournament fil-21 ta’ Novembru. Il-Qatar se jkun f’Pot One flimkien mas-seba’ nazzjonijiet fl-ogħla klassifika li għamluha sal-finali. Fil-brackets hemm ir-rankings tal-pajjiżi.

Pot 1

Qatar (52)
Belġjum (1)
Brażil (2)
Franza (3)
Arġentina (4)
Ingilterra (5)
Spanja (7)
Portugal (8)

Pot 2

Danimarka(9)
Olanda (10)
Ġermanja (11)
Messiku (12)
Stati Uniti (13)
Svizzera (14)
Kroazja (15)
Urugwaj (16)

Pot 3

Senegal (18)
Iran (21)
Ġappun (23)
Marokk (24)
Serbja (25)
Polonja (28)
Korea t’Isfel (29)
Kanada (33)

Pot 4

Tuneżija (36)
Kamerun (38)
Ekwador (44)
Arabja Sawdita (53)
Ghana (61)
UEFA Playoff (Ukrajna, Skozja jew Wales)
AFC (Australja jew Emirati Għarab Maqgħuda) vs. CONMEBOL (Peru, Kolumbja jew Ċili) Playoff
Concacaf (probabbilment Kosta Rika) vs. OFC (New Zealand jew Gżejjer Solomon) Playoff.

Liema timijiet għad iridu jikkwalifikaw?

Filwaqt li 27 pajjiż diġà qed jibbukkjaw it-titjiriet tagħhom lejn il-Qatar, numru żgħir ta’ pajjiżi għadhom qed jistennew id-destin tagħhom. Fl-Ewropa, in-nazzjonijiet lokali l-Iskozja u Wales xorta jistgħu jiffaċċjaw lil xulxin għal post fil-finali jekk l-Iskoċċiżi jegħlbu lill-Ukrajna (dejjem jekk is-sitwazzjoni tal-Gwerra ma tibqax sejra).

X’inhu l-format tat-Tazza tad-Dinja 2022?

It-tournament se jara 32 nazzjon maqsuma fi tmien gruppi ta’ erbgħa. Ladarba kull tim ikun lagħab lil xulxin fil-pools tagħhom, ir-rebbieħa u r-runners-up jgħaddu għall-aħħar 16. Minn hemm, hija sistema ta’ knockout biż-żewġ finalisti eventwalment jiffaċċjaw lil xulxin fil-Lusail Iconic Stadium.

Meta tibda t-Tazza tad-Dinja 2022?

L-ewwel logħba tibda fil-21 ta’ Novembru u l-fażi tal-gruppi tilgħab fuq 12-il jum. Ir-rawnds tan-knockout jibdew bl-ewwel konfront tal-aħħar sittax fit-3 ta’ Diċembru, bil-kumplament iseħħ fit-tlett ijiem ta’ wara.

Imbagħad jasal iż-żmien għall-kwarti tal-finali fid-9 u l-10 ta’ Diċembru, is-semifinali fit-13 u l-14 ta’ Diċembru u l-finali fit-18 ta’ Diċembru.

Skeda tat-Tazza tad-Dinja 2022

Fażi tal-gruppi: 21 ta’ Novembru-2 ta’ Diċembru

L-aħħar 16: 3-6 ta’ Diċembru

Kwarti tal-finali: 9-10 ta’ Diċembru

Semi-finali: 13-14 ta’ Diċembru

Finali: 18 ta’ Diċembru