Internazzjonali Lokali Unjoni Ewropea

Roberta Metsola lejn Kiev b’messaġġ ta’ appoġġ u tama

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola marret lejn Kiev, fl-Ukrajna, biex twassal messaġġ ta’ appoġġ u tama lill-pajjiż li għadu taħt attakk mir-Russja.

Metsola ħabbret dan il-vjaġġ fuq il-mezzi soċjali, wara li ftit tal-jiem ilu ddikjarat li l-Unjoni Ewropea hi magħquda aktar minn qatt qabel anke għax din is-sitwazzjoni mexxiet id-diskussjonijiet dwar is-sigurtà fl-UE b’ġenerazzjoni ‘l quddiem.

Meta kienet qed tindirizza lill-Kunsill Ewropew, il-President tal-Parlament Ewropew spjegat il-ħtieġa li l-UE tibda tgħaddi diversi Liġijiet bl-għan li tiżdied is-sigurtà ta’ diversi setturi, bħall-ikel, l-enerġija u anke l-militar.

Dan kollu fost għajnuna li l-UE bdiet u qed tkompli tagħti lill-Ukrajna, bħal bl-għoti ta’ ikel u għajnuna finanzjarja.