Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri xi ġrieħi f’inċident li seħħ il-Waterfront

Għall-ħabta tal-10.50 ta’ dalgħodu seħħ inċident fi Triq Xatt Pinto, il-Waterfront bejn mutur u taxi li ħalla s-sewwieq tal-mutur isofri xi ġrieħi.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija fejn mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-mutur misjuq minn raġel ta’ 66 sena mill-Belt Valletta, intlaqat mill-vettura misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Imsida.

Is-sewwieq tal-vettura ma sofra l-ebda ġrieħi.

Fuq il-post waslet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.