Illum, għall-ħabta tad-9.15 ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Ewwel Titjira 1915, Ħal Kirkop.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ inċident bejn trakk misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħaż-Żabbar, u xarabank misjuq minn raġel mill-Maċedonja ta’ 62 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Il-persuni involuti ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u r-raġel ta’ 62 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>