Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

TAZZA TAD-DINJA: Spanja fl-istess grupp tal-Ġermanja

(Ritratt: EPA)

F’Doha fil-Qatar ittellgħu l-poloz għall-gruppi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar f’Novembru li ġej. Il-partita inawgurali tat-Tazza tad-Dinja se tkun bejn il-Qatar u l-Ekwador. Fost il-partiti ewlenin tispikka l-partita fi Grupp E fejn Spanja se jkunu qed jiltaqgħu kontra l-Ġermanja. L-Ingilterra se jkunu qed jilagħbu fi Grupp B kontra l-Iran, l-Istati Uniti kif ukoll wieħed mit-timijiet tal-Iskozja, l-Ukrajna u Wales. Iċ-champions tad-dinja Franza se jilagħbu fi Grupp D kontra d-Danimarka, t-Tuneżija kif ukoll kontra r-rebbieħ tal-playoff interkontinentali bejn l-Asja u l-Amerika t’Isfel. Il-ħames darbiet rebbieħa il-Brażil se jilagħbu fi Grupp G kontra s-Serbja, l-Iżvizzera u l-Kamerun.

Il-Gruppi uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja:

Grupp A : Qatar, Ekwador, Senegal, Olanda

Grupp B : Ingilterra, Iran, Stati Uniti, Skozja/Ukrajna/ Wales

Grupp Ċ : Arġentina, Arabja Sawdija, Messiku, Polonja

Grupp D: Franza, Playoff Interkontinentali 1 , Danimarka, Tuneżija

Grupp E : Spanja, Playoff Interkontinentali 2, Ġermanja, Ġappun

Grupp F : Belġju, Kanada, Marokk, Kroazja

Grupp G : Brażil, Serbja, Żvizzera, Kamerun

Grupp H : Portugall, Ghana, Urugwaj, Korea t’Isfel

6:40pm – Cafu, Jay Jay Okocha, Lothar Mattheus, Tim Cahill, Bora Militunovic, Adel Ahmed MalAllah u Rabah Madjer se jkun qed jikkontribwixxu għat-tlugħ tal-poloz.

6:37pm – Jermaine Jenas, Carli Lloyd u Samantha Johnson se jmexxu l-ewwel parti tal-polza.

6:28pmKif se taħdem il-polza?

It-32 tim se jinqasmu fi tmien gruppi ta’ erba’ timijiet kull wieħed. Il-pajjiż li se jospita t-Tazza tad-Dinja, il-Qatar, se jkun f’pożizzjoni numru wieħed fi Grupp A. It-timijiet l-oħra huma mqassmin fil-pots, skond ir-ranking tagħhom tal-FIFA. Kull grupp ma jistgħax ikollu aktar minn tim wieħed mill-istess konfederazzjoni.

6:27pm – Il-coach taċ-champions attwali (Franza) Didier Deschamps joħroġ bit-Tazza tad-Dinja.

6:25pm – Jagħmel l-indirizz tiegħu Sheikh Tamim bin Hamad, il-Mexxej tal-Qatar.

6:22pm – Il-President tal-FIFA Gianni Infantino jindirizza lil dawk preżenti. “Din it-Tazza tad-Dinja se tkun l-aqwa waħda ta’ kull żmien”, stqarr Infantino. Il-President tal-FIFA irringrazzja lil dawk kollha li kellhom sehem biex ikun organizzat avveniment bħal dan. Infantino indirizza lill-politiċi madwar id-dinja biex iwaqqfu l-kunflitti u l-gwerrer għaliex irri li din tkun it-Tazza tad-Dinja tal-paċi.

6:18pm – L-ewwel interpretazzjoni tal-ewwel diska mis-soundtrack uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja, ‘Hayya Hayya’, mill-kantanti Aisha, Trinidad Cardona u Davido.

6:15pm – Il-preżentaturi tas-serata huma l-atturi Idris Elba u l-kantanta u preżentatriċi Ingliża Reshmin Chowdhury.

6:11pm – Ippreżentat il-mascot uffiċjali, ‘La’eeb’, li tfisser player li għandu diversi kwalitiajiet tajbin.

6:08pm – Tibda ċ-ċerimonja bis-sehem ta’ diversi żeffiena u freestyle players

6:05pm – Il-partiti bejn Novembru u Diċembru se jintlagħabu fi tmien stadia differenti li jinkludu l-Al Bayt Stadium, Khalifa International Stadium, Al Thumama Stadium, Ahmad Bin Ali Stadium, Lusail Stadium, Ras Abu Aboud Stadium, Education City Stadium and Al Janoub Stadium.

5:50pm – Dawn huma l-Pots li fihom imqassma t-timijiet li kkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja:

Pot 1 : Qatar (52), Belġjum (1), Brażil (2), Franza (3), Arġentina (4), Ingilterra (5), Spanja (7), Portugal (8)

Pot 2: Danimarka(9), Olanda (10), Ġermanja (11), Messiku (12), Stati Uniti (13), Svizzera (14), Kroazja (15), Urugwaj (16)

Pot 3: Senegal (18), Iran (21), Ġappun (23), Marokk (24), Serbja (25), Polonja (28), Korea t’Isfel (29), Kanada (33)

Pot 4: Tuneżija (36), Kamerun (38), Ekwador (44), Arabja Sawdita (53), Ghana (61), UEFA Playoff (Ukrajna, Skozja jew Wales), AFC (Australja jew Emirati Għarab Maqgħuda) vs. CONMEBOL (Peru, Kolumbja jew Ċili) Playoff, Concacaf (probabbilment Kosta Rika) vs. OFC (New Zealand jew Gżejjer Solomon) Playoff.