Colin Schembri
Kampjonat Bank of Valletta Irġiel
Starlites Naxxar 75
Mellieħa Libertas 72
(15-11)(28-16)(18-21)(14-24)
Starlites: A. Felice Pace, I. Azzopardi, A. Azzopardi 9, I. Felice Pace 5, M. Fabri, L. Riolo, M. Scerri 9, J. Bates 13, K. Xuereb 8, J. Haynes 19, M. Thomas 12.
Mellieħa Libertas: A. Wrighten 12, M. Falzon, V. Jandric 6, N. Vasovic 13, I. Bonett 2, M. Seldon 17, N. Bukva 14, C. Briffa, M. Azzopardi 8, N. Sultana, L. Tanzini.
Referees: Bernard Vassallo, Fiorentina Ciurariu, Ionut Ciurariu
Starlites temmew l-ewwel fażi b’rebħa fuq Mellieħa Libertas 75-72 biex ħadu t-tlettax –il rebħa tal-kampjonat. Mellieħa rkupraw lil Vukassin Jandric għalkemm il-coach Adrian Mifsud ta ħin lil players kollha lejlet il-finali tal-BOV knock-out. Starlites marru 7-2 minn fuq bi trippla ta’ Myles Thomas bil-Mellieħa jwieġbu b’żewġ trippli minn Mirko Azzopardi. Starlites komplew bl-aħħar 4 punti tas-sessjoni għal skor ta’ 15-11. Fit-tieni sessjoni kien hemm fost l-oħrajn run ta’ 15-3 minn Starlites fejn kien hemm trippli minn Adam Azzopardi, Ian Felice Pace u Thomas. Mellieħa naqqsu xi ftit id-distakk wara punti ta’ Austin Wrighten iżda qabel intemmet it-taqsima, Azzopardi għamel żewġ trippli oħra biex Starlites daħlu jistrieħu 43-27 minn fuq.
Wara l-intervall, Mellieħa għamlu run ta’ 10-2 b’żewġ trippli ta’ Nenad Bukva u waslu sa’ basket ‘l bogħod 41-43. Hawn Starlites għamlu run ta’ 11-0 b’żewġ trippli ta’ Matthew Scerri u oħra ta’ Jamiah Haynes. Mellieħa wieġbu bil-punti ta’ Nikola Vasovic u Malik Seldon biex it-taqsima għalqet bi Starlites fuq quddiem 61-48. Fl-aħħar taqsima, Mellieħa għamlu run ta’ 15-3 biex reġgħu waslu sa’ basket ‘l bogħod 64-66. Dan id-distakk inżamm sa’ tmiem il-partita, b’ Mellieħa jkollhom ċans jisfurzaw il-ħin barrani però l-aħħar ballun ma daħalx biex Starlites ħarġu rebbieħa 75-72.
Gżira Athleta 80
Bupa Luxol 116
(19-30)(21-29)(22-28)(18-31)
Gżira Athleta: J. Caruana 2, F. Mifsud Bonnici 8, L. Stefanovic 23, N. Xuereb 10, M. Gouder 11, I. Xuereb 13, R. Abela 4, B. Zammit 9.
Luxol: J. Cefai, M. Sciberras, N. Buhagiar 8, P. Attard 2, JP Schembri 15, A. Trapani 12, M. Matijevic 7, S. Cappello 9, W. Claiborne 65.
Referees: Ionut Ciurariu, Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi
Dawn iż-żewġ timijiet sellmu l-istaġun 2021/2022 b’din l-aħħar partita li rat lil Luxol joħorġu rebbieħa 116-80 fejn William Claiborne kellhu total ta’ 65 punt. Athleta kellhom formazzjoni kollha kemm hi bi players lokali fosthom diversi żgħażagħ bħal Justin Caruana li għamel id-debutt tiegħu mal-kbar. Minkejja d-distakk finali, l-partita kienet mexxejja bil-Luxol dejjem minn fuq speċjalment bit-tul u s-saħħa ta’ Claiborne. Athleta kellhom lil Luca Stefanovic jiftaħ bit-trippli bil-punti ta’ Luxol jinqasmu bejn Claiborne u Naz Buhagiar. It-taqsima kompliet bl-istess andament fost l-oħrajn b’run ta’ 11-3 minn Luxol li temmew l-ewwel taqsima 30-19 minn fuq. Fit-tieni perjodu kien hemmm it-trippli ta’ Jean Paul Schembri u Claiborne għal Luxol li komplew ikabbru d-distakk. Għall-Athleta kien hemm risposta minn Isaac Xuereb u Matthew Gouder flmkien ma’ Stefanovic. Sal-intervall, Luxol għamlu run oħra ta’ 9-2 biex daħlu jistrieħu 59-40 minn fuq.
Fit-tielet taqsima, ż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin bil-punti jibqgħu ġejjin b’mod regolari. Claiborne kompla għaddej bil-punti tiegħhu fil-waqt li għall-Athleta kien hemm il-punti minn Francesco Mifsud Bonnici u Stefanovic. Luxol għalqu s-essjoni bi break qasir ta’ 7-2 għal skor ta’ 87-62. Fl-aħħar sessjoni, l-aktar li spikka kien break ta’ 19-2 minn Luxol fosthom trippli minn Alessio Trapani li kellu 4 minn 4 hekk kif Luxol ħarġu rebbieħa 116-80.
Depiro 69
Hibernians 68
(23-21)(14-18)(25-21)(7-8)
Depiro: S. Galea 4, J. Micallef , L. Attard 5, A. Attard 9, N. Grech 7, S. Kenely 8, M. Brincat 10, M. Mallia, M. Debattista 4, L. Vella 3, Q. Campbell 12
Hibs: N. Cassar 11, L. Farrugia 12, K. Dimech 7, A. Axiaq 6, R. Aquilina, M. Attard 12, I. Demcesen 8, P. Shoults 12.
Referees: Daniela Torok, Zvezdan Dobrosaviljevic, Kamil Dworniczak
Partita li dak li ġara fiha ma jistħoqqiliex li tkun irrapurtata għajr għal spjegazzjoni ta’ xi fatti li ġraw. Iż-żewġ timijiet riedu jevitaw ir-rebħa biex jevitaw avversarju speċifiku fil-playoffs. Dan wassal għall-assurdita speċjalment fl-aħħar sitt minuti, b’sensiela ta’ turnovers fuq iż-żewġ naħat b’ħadd ma jmur għal basket. Bla dubju kont nistenna li l-uffiċjali jwaqqfu l-partita u minn naħa tat-teamijiet turija ta rispett speċjalment lejn il-players żgħażagħ li kienu fuq il-court. Sa dan it-tant, il-Malta Basketball Associaton ħabbret li qiegħda tinvestiga din il-partita, fattur li beda b’Kunsill urġenti nhar it-Tnejn li għadda li però ma kiex koklussiv. Iż-żewġ clubs ħarġu stqarrija biex jiddistakkaw ruħhom minn dak li ġara bid-Depiro saħansitra jissospendu b’mod indefinit lil coach James Bamfield.