Amy u Sam kienu ż-żewġt itfal li laqgħu lill-Papa Franġisku hekk kif niżel mill-ajruplan ITA Airways fejn anki tawh bukkett fjuri.
Amy kellha leukemia u ħadet il-kura tagħha b’suċċess taħt il-mibki Dr. Victor Calvagna. Amy libset flokk ta Puttinu Cares sabiex tirrappreżenta lit-tfal kollha li ġew bżonn Puttinu tul is-snin.
It-tfal kienu ferħanin immens bil-kuruna tar-rużarju mbierka li tahom il-Papa Franġisku wara li huma tawh il-bukkett.
//= $special ?>