Sport Sport Ieħor

Carlos Alcaraz u Casper Ruud fil-finali tal-Open ta’ Miami

(Ritratt: EPA)

Iż-żagħżugħ Spanjol Carlos Alacaraz se jiltaqa’ kontra Casper Ruud fil-finali tal-Open ta’ Miami wara li għeleb lil Pollakk u c-champion attwali Hubert Hurkacz 7-6 7-6. Alcaraz li għandu 18-il sena se jkun qed jilgħab l-ewwel finali tiegħu fil-Masters 1000 u jista’ jsir l-iżgħar rebbieħ ta’ dan it-turnament jekk jegħleb lin-Norveġiż, Ruud.

Alcaraz jista’ wkoll jitla’ fil-11-il post tar-rankings tal-ATP jekk jirbaħ dan it-titlu aktar tard il-Ħadd. Hu rebaħ l-ATP Next Gen Finalis f’Novembru li għadda kif ukoll sar l-iżgħar champion tal-ATP 500 f’Rio fil-Brażil.

Intant, fil-finali tan-nisa, il-Ġappuniża-Amerikana Naomi Osaka se tiltaqa’ kontra Iga Swiatek, li wara l-irtirar ta’ Ashleigh Barty, se tkun qed tokkupa l-ewwel post tar-rankings tal-WTA.