Illum għall-ħabta tal-10am jasal f’pajjiżna l-Qdusija Tiegħu, il-Papa Franġisku.
Il-wasla tal-Papa fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se tkun qed tixxandar LIVE fuq Net Television. Dan hekk kif dalgħodu, jitwassal programm speċjali bis-sehem ta’ diversi mistednin u kollegamenti mal-ġurnalisti ta’ Net News minn diversi lokalitajiet kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Nhar l-Erbgħa, fi tmiem l-udjenza ġenerali fil-Vatikan, il-Papa Franġisku qal li huwa ħerqan li jiltaqa’ mal-Maltin fi tmiem din il-ġimgħa waqt dan il-vjaġġ fuq iil-passi tal-Appostlu San Pawl. Huwa ddeskriva lil Malta bħala “art imdawla” li hija impenjata biex tilqa’ lil ħutna li qed ifittxu kenn.
//= $special ?>