Il-Malta Basketball Associaiton keċċiet lil Depiro u lil Hibernians mill-kampjonat nazzjonali tal-irġiel wara investigazzjoni dwar il-partita bejn Depiro u Hibernians li ntlagħbet nhar is-26 ta’ Marzu. Dan wara allegazzjonijiet ta’ ‘match fixing’ fil-partita biex iż-żewġ timijiet jevitaw li jtemmu f’pożizzjoni għola fil-klassifika, fejn l-iskor baqa’ l-istess għal sitt minuti.
Il-Kunsill tal-MBA analizza video recordings u sema’ wkoll ix-xhieda ta’ membri tal-kumitati, coaches u players. Il-Kunsill ikkundanna lill-players u lill-coaches taż-żewġ timijiet li naqqsu mill-integrita’ tal-logħba tal-basketball b’dan l-aġir, fejn kienu ta’ eżempju ħażin partikolarment għall-players żgħażagħ li kienu involuti f’din il-partita.
//= $special ?>