“Irrid sistema b’saħħitha li tnissel fiduċja fin-nies u li terġa’ tafdana għax il-Partit Nazzjonalista għandu futur sabiħ quddiemu”.
“Aħna se nibqgħu għaddejjin bil-programm tagħna, se naraw li ntejbu l-operat u l-ħidma tagħna imma naraw li nkomplu nsaħħu l-Partit, nafu li l-partit għandu futur sabiħ u jekk nagħrfu li lkoll irridu naħdmu flimkien, inkunu nistgħu nkomplu nkunu mhux biss Oppożizzjoni iktar b’saħħitha imma partit iktar b’saħħtu u effettiv.”
F’intervista li saritlu fuq NET FM, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista beda bil-ħidma tiegħu mill-għada li tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni ġeenrali.. dan hekk kif il-Partit fl-Oppożizzjoni għandu l-obbligu li jirrappreżenta lill-poplu kif ukoll jibqa’ jkun il-vuċi ta’ dawk kollha li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista.
Dwar l-ammont kbir tal-elettoral Malti li għażel li ma jmurx jivvota jew iħassar il-vot tiegħu, Bernard Grech qal li dan iwassal messaġġ li kull politiku f’pajjiżna.
“Jien ninsab determinat li se naħdem fuqha għax irrid sistema b’saħħitha li tnissel fiduċha fin-nies u li terġa’ twassal biex in-nies jafdaw il-politika ta’ pajjiżna u lill-Partit iżda wkoll lill-politiċi tagħha.“
Bernard Grech qal li f’dawn l-aħħar xhur li ilu jmexxi l-Partit Nazzjonalista.. il-messaġġ tiegħu kien wieħed ċar… li jgħaqqad lill-Partit u dan irnexxielu jagħmlu. Apparti dan huwa ħadem ukoll fuq ir-riġenerazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fejn anke dan kien rifless fin-numuru ta’ Deputati ġodda li kienu eletti fl-elezzjoni ġenerali.
“Se jsir ukoll ristrutturar fejn hemm bżonn u tisħiħ fejn hu tajjeb. Se nkompli niltaqa’ ma’ kull entità u possibbilment ma’ kull membru fil-Partit għaliex determinat li nagħmel lil dan il-Partit wieħed rebbieħ kif dejjem kien fl-istorja tiegħu.“