Il-Kumitat tas-Salib l-Aħmar baqa’ jħabbat wiċċu mal-intoppi biex jevakwa liċ-ċivili minn Mariupol, fejn hu kkalkulat li hemm mal-160,000 – inklużi nisa u tfal – maqbudin f’art ta’ ħadd.
Dan meta kien hemm kull probabbiltà ta’ aktar attakki mill-qawwiet Russi li f’din il-gwerra kisru kemm-il darba l-ftehim għall-waqfien mill-ġlied
L-osservaturi qed iqabblu l-kalvarju ta’ Mariupol mal-Battalja ta’ Stalingrad, meta, waqt it-Tieni Gwerra, iċ-ċittadini ta’ dik il-belt u l-Armata l-Ħamra Sovjetika rreżistew b’suċċess għas-sensiela ta’ attakki bla heda mill-qawwiet Nażisti ta’ Adolf Hitler.
Il-battalja storika kienet fost ir-raġunijiet għalfejn it-Tieni Gwerra qalbet kontra n-Nażisti li, qabel, kienu qed javvanzaw mingħajr wisq problemi mill-artijiet tal-Unjoni Sovjetika l-antika.
//= $special ?>