Fost dwak li ltaqgħu mal-qdusija tiegħu l-Papa Franġisku fil-Palazz tal-President, kien hemm il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li kien akkumpanjat mis-Sinjura AnneMarie Grech.
Bernard Grech iddeskriva lill-Papa Franġisku bħala raġel li l-umiltà u l-imħabba li jgħix biha għandha tkun xempju għal kulħadd.

Huwa qal li bil-miġja tal-Papa Franġisku fostna għandna l-opportunità li ngħixu l-valuri li tassew jagħmluna Maltin. Saħaq li għalhekk dawn il-jumejn għandhom jawguraw tajjeb biex niskopru u nerġgħu nsaħħu dawn il-valuri imma anke meta jitlaq il-Papa, inkomplu naraw li bħala poplu nibqgħu ngħixu u ngħożżu dawn il-valuri speċjali.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li kull wieħed u waħda minnha, fil-ħidma tiegħu, għandu jkompli jwassal ‘il quddiem dan il-messaġġ ta’ mħabba.
Bernard Grech saħaq li għal pajjizna dan huwa mument sabiħ hekk kif għal ħafna nies il-Papa Franġisku huwa l-missier spiritwali tagħhom… mument fejn il-poplu Malti u Għawdxi jingħaqad ilkoll flimkien u jħares lejn il-valuri li jsaħħu lis-soċjetà Maltija.
Intant l-għola awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech flimkiem mad-Deputati Nazzjonalisti ngħaqdu flimkien sabiex jieħdu ritratt mal-Papa Franġisku.
