Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali ħabbret in-nomini ppreżentati llum għall-elezzjonijiet każwali.
Dawn huma:
Għall-Partit Laburista- fuq it-Tieni Distrett Elettorali (post li tbattal minn Clyde Caruana)
tefa’ n-nomina tiegħu Grech James
Fuq it-Tielet Distrett Elettorali (post li tbattal minn Owen Bonnici) tefgħu in-nomini tagħhom Bugeja Said Alicia Maree Beth Sephora u Grech James
Fuq ir-Raba’ Distrett Elettorali (post li tbattal minn Chris Fearne) tefa’ n-nomina Conti Herbert
Fuq il-Ħames Distrett Elettorali (post li tbattal minn Robert Abela) ma ntefgħet l-ebda nomina
Fuq is-Sitt Distrett Elettorali (post li tbattal minn Ian Borg) ma ntefgħet l-ebda nomina
Fuq is-Seba’ Distrett Elettorali (post li tbattal minn Silvio Schembri ) tefgħet in-nomina tagħha Bugeja Said Alicia Maree Beth Sephora
Fuq id-Disa’ Distrett Elettorali (post li tbattal minn Michael Falzon) ma ntefgħet l-ebda nomina
Fuq id-Disa’ Distrett Elettorali (post li tbattal minn Clifton Grima) ma ntefgħet l-ebda nomina
U fuq il-Ħdax-il Distrett Elettorali (post li tbattal minn Miriam Dalli) ma kien hemm l-ebda nomina.
//= $special ?>