Rapport: Stewart Said
NEPTUNES VIDEOSLOTS……….. 3
SLIEMA FRANK SALT…………….. 12
(0-3), (1-3), (0-2), (2-4)
Sliema Frank Salt komplew bit-triq tar-rebħ u sa issa qed juru li huma l-aktar tim komplet fil-kompetizzjoni. Prestazzjoni pożittiva li iżda setgħet kienet aħjar kontra avversarju b’potenzjal differenti minnhom.
Irrepetejt kemm-il darba, iżda wieħed ma jistax iħalli barra li Neptunes jinsabu mingħajr il-plejers li qed jilagħbu barra minn Malta, jiġifieri Stevie Camilleri, Jake Muscat, Jeremy Abela u Alec Fenech. Iktar minn hekk, tilfu wkoll lil Sam Gialanze fit-tielet sessjoni li sofra daqqa f’imnieħru, inċident li ħalla protesti minn Neptunes.
Doppjetta ta’ Matthew Mifsud u gowl bejniethom ta’ Mark Meli taw vantaġġ tajjeb lil Sliema fl-ewwel sessjoni. L-andament tal-logħba baqa’ l-istess fit-tieni sessjoni, b’Neptunes isibu biss ix-xibka għal darba permezz ta’ Sam Gialanze.
Sliema komplew ikabbru l-vantaġġ fit-tielet sessjoni. Id-distakk seta’ kompla jikber hekk kif Neptunes bdew jinqabdu fid-difiża iżda sabu lil Alan Borg Cole pront biex ċaħħad minn quddiemu lil Liam Galea u Benji Cachia. Fl-aħħar sessjoni, Sliema sabu l-ħin biex jumiljaw lill-avversarji bi tliet gowls konsekuttivi fl-aħħar nofs sessjoni għal rebħa b’distakk ta’ disa’ gowls.
Neptunes: A. Borg Cole, M. Zammit, S. Gialanze (1), G. Pace, J. Cachia, J. Spiteri Staines, M. Castillo (1), J. Camilleri, R. Galea, M. Spiteri Staines (1), D. Bugeja, M. Farrugia, Mi. Farrugia, C. Cutajar, B. Zammit
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, L. Galea (1), D. Rizzo, M. Meli (2), B. Cachia (2), J. Cutajar, M. Mifsud (2), J. Brownrigg (1), K. Borg (1), Z. Mizzi, D. Zammit (3), A. Theuma, J. Saliba, T. Camilleri
Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri
SAN ĠILJAN MERCURY TOWERS…… 14
BIRŻEBBUĠA FREEPORT………………… 4
(3-2), (2-1), (4-1), (5-0)
Ebda sorpriża fir-rebħa tal-Ġiljaniżi, tliet punti oħra li ħallewhom jisfidaw għar-rebħ tal-Kampjonat tax-Xitwa. Wieħed kien jistenna xi ħaġa aħjar minn Birżebbuġa fit-tieni parti tal-logħba hekk kif naqsu li jibnu fuq l-ewwel żewġ sessjonijiet.
Birżebbuġa bdew iżommu r-ritmu tal-logħba mal-avversarji sal-ewwel żewġ sessjonijiet. Keith Tanti, David Cutajar u Julian Farrugia skorjaw perjodikament għalkemm qatt ma poġġew lil Birżebbuġa minn fuq.
Il-gowl tal-5-3 skorjat minn Matthew Zammit donnu ta stimolu ġdid lil San Ġiljan li ħarġu aktar deċiżi fit-tielet sessjoni. Nikolai Zammit sab ix-xibka darbtejn u għalkemm Ben Grech naqqas id-distakk, Mattias Ortoleva u Jake Bonavia kabbru l-vantaġġ għal 9-4.
San Ġiljan setgħu kabbru l-vantaġġ fit-tielet sessjoni kieku ħadu l-okkażjonijiet li kellhom, iżda ħadu l-opportunità biex għamlu r-rebħa tagħhom ikbar fl-aħħar sessjoni. Il-ħames gowls waslu minn ħames plejers differenti.
San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (1), N. Schiavone (1), R. Caruana, M. Zammit (3), M. Ortoleva (2), D. Tully, J. Bonavia (2), N. Zammit (4), D. Zammit (1), N. Bugelli, G. Vassallo, F. Scardino, D. Fero
Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia (1), N. Cassar, B. Grech (1), C. Mifsud, D. Farrugia, G. Mannino, D. Cutajar (1), S. Bezzina, K. Tanti (1), R. Spiteri, C.D. Borg, M. Vassallo
Referees: Alex de Raffaele, Neville Mercieca
Logħob li jmiss
It-Tlieta
L-Ewwel Diviżjoni
Valletta v Barracudas 6.30pm
Kampjonat Premier
Sliema v Exiles 7.35pm
Kampjonat Premier
L R D T F K Pti
Sliema 5 5 0 0 70 18 15
San Ġiljan 5 4 0 1 59 29 12
Sirens 5 3 0 2 38 46 9
Neptunes 5 1 1 3 40 52 4
Birżebbuġa 5 1 1 3 33 61 4
Exiles 5 0 0 5 30 64 0
L-Ewwel Diviżjoni
L R D T F K Pti
Valletta 4 4 0 0 51 21 12
Marsaskala 4 3 0 1 60 17 9
Otters 4 1 1 2 27 56 4
Ta’ Xbiex 4 1 1 2 41 48 4
Barracudas 4 0 0 4 29 66 0
//= $special ?>