Minn Kenneth Vella
Fl-assenza ta’ tiġrijiet mill-ogħla klassi Premier, l-aktar erba’ tiġrijiet li spikkaw waqt il-ħmistax -il laqgħa tas-sena li saret is-Sibt wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienu tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dan il-programm kien jikkonsisti minn għaxar tiġrijiet kollha tat-trott.
Fl-ewwel tiġrija Gold, Dollar Le Blanc (Andrew Farrugia) ħa l-ewwel rebħa fi xtutna wara li fid-dritta finali qabeż lil Prinsen One (Mario Farrugia). Anki n-Norveġiż Jefferson Dotcom (Charles Camilleri) akkwista l-ewwel rebħa f’pajjiżna fit-tieni tiġrija Gold wara sprint tajjeb fl-aħħar metri. And Stitch (Gilmour Azzopardi) kien il-hin kollu quddiem waqt it-tielet tiġrija mill-istess kategorija. L-istess għamel Star’s Fighter (Ludvic Ghigo) fir-raba’ tiġrija tal-klassi Gold li ħa wkoll l-ewwel rebħa tas-sena.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Gentleman De Larcy (A. Cassar) Ħin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Tyra I.H. (Ch. Bartolo) 3. Fille d’Ostende (T. Tanti) 4. Faste De Chenu (R. Briffa)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fils Du Soir (C. Camilleri) Ħin – 2.43.8” (1.16.6”) 2. Doora (Cherise Farrugia) 3. Attack Photo (D. Baldacchino) 4. Drole De Destin (J. Said)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Amenophis Du Lilas (D. Gatt) Ħin 2.46.7” (1.17.9”) 2. Midnight Passion (E. Bezzina) 3. Galys Du Patural (Ch. Degiorgio) 4. Bolide d’Azur (J. Said)
IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Aristote Gede (R. Gatt) Ħin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. Fortuna De Coudde (N. Baldacchino) 3. Mind Your Face (D. Grima) 4. Coyote Du Relais (M. Farrugia)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. M.R. Hungry Eyes (P. Galea) Ħin – 2.46.2” (1.17.6”) 2. On Track Paul (C. Calleja) 3. Colorado Telbe (C. Vassallo) 4. Bajazet (M. Mizzi)
VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Dollar Le Blanc (A. Farrugia) Ħin – 2.41.7” (1.15.6”) 2. Prinsen One (M. Farrugia) 3. Whataboutyou Zaz (N. Baldacchino) 4. Altonico (M. Debono)
VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Jefferson Dotcom (C. Camilleri) Ħin – 2.39.9” (1.14.7”) 2. Atout De Montbrun (M. Ellul) 3. Chemsak Vedaquais (J. Said) 4. What You Want (C. Caruana)
VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. And Stitch (G. Azzopardi) Ħin – 2.39.7” (1.14.6”) 2. Diaz Dairpet (C. Calleja) 3. Global Rebel (C. Camilleri) 4. Diamant Du Sam (C. Vassallo)
IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Star’s Fighter (L. Ghigo) Ħin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Cobby’s Celeb (P. Galea) 3. Banco De Madker (S. Schembri) 4. Batium Des Bruyeres (Ch. Degiorgio)
X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Calissa Rich (C. Camilleri) Ħin – 2.41” (1.15.3”) 2. Let It Be Me Tooma (O. Borg) 3. Good Buzz (K. Galea) 4. Guarda (M. Mifsud)
//= $special ?>