Wara xhur ta stennija, il-Papa Franġisku se jkun qed iżur lil Malta… u ma jistax jonqos eċitament liema bħalha mill-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Il-Papa se jkun qed iqatta’ l-aħħar jumejn tal-ġimgħa jagħmel diversi żjarat kemm f’Malta iżda wkoll f’Għawdex. Hu telaq lejn Malta għall-ħabta tat-8.30 u mistenni li jasal f’pajjiżna għall-ħabta tal-10am.
It-tema għal din iż-żjara hi ‘Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha’ meħuda mill-Atti tal-Appostli b’referenza għall-Maltin meta laqgħu fosthom lil San Pawl f’pajjiżna.
Aġġornament kontinwu:
12:46h – Papa Franġisku jħalli l-Palazz Presidenzjali bil-Pope Mobile biex issa jmur għal ftit ħin ta’ mistrieħ
12:31h – U issa il-mument tant mistenni, il-Papa jjitfaċċa fil-gallarija biex isellem lill-folla preżenti fi Pjazza San Ġorġ
12:29h – Il-Papa jtemm id-diskors tiegħu dwar it-tolleranza, l-ambjent u l-immigrazzjoni fost l-oħrajn
12:10h – Imiss issa lill-Papa biex jindirzza hu lill-President Vella u lil dawk kollha preżenti fil-Palazz

12:04h – Il-Presiddent George Vella jagħmel id-diskors tiegħu fl-okkażjoni ta’ din iż-żjara tal-Papa Franġisku
11:45h – Il-Papa temm issa’ l-laqgħa mal-Prim Ministru u mal-familja tiegħu u ta’ martu Lydia
11:30h – Il-President tar-Repubblika George Vella u l-Papa jiskambjaw ir-rigali
11:26h – Il-Papa jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi tal-Palazz tal-President

11:22h – Il-Papa jiltaqa’ mad-Deputati tal-Parlament Malti u jieħu r-ritratt uffiċjali mal-familja tal-President Vella
11:11h – Stennija kbira fost iż-żgħażagħ preżenti għat-tislima tal-Papa
11:04h – Il-Papa, akkumpanjat mill-President jidħol fis-sala l-ħamra, fejn minn hawn u ftit tal-mumenti oħra mistenni joħroġ fil-gallarija biex isellem liż-żgħażagħ miġbura fi Pjazza San Ġorġ
11:02h– Papa Franġisku daħal fil-bitħa tal-Palazz fejn hemmhekk intlaqa’ mill-President Vella u s-sinjura tiegħu
10:58h – Il-vettura tieqaf quddiem il-Palazz tal-President fejn hawnhekk il-Papa se jkollu laqgħa formali tal-President ta’ Malta George Vella, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Opppożizzjoni u membri tal-Korp Diplomatiku Malti.
10:54h – Il-Pope Mobile bdiet id-daħla tagħha fi Triq ir-Repubblika, bil-follq sabiħa li nġabret tagħti l-merħba tagħha lil Papa Franġisku

10:47h – Il-Papa jasal fi Strada Sant’Anna fil-Floriana fejn hawnhekk biddel il-vettura biex issa ħareġ mill-Fiat 500 u daħal f’waħda mill-Pope Mobiles li kellu mħejji għall-użu tiegħu
1030h – Issa, il-Papa mistenni jgħaddi minn Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa u jibqa’ sejjer għall-Blata l-Bajda biex imbagħad ibiddel il-vettura, jirkeb abbord il-Pope Mobile u jgħaddi minn Triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta fejn diġa’ hemm numru kbir ta’ nies jistennewh
1027h – Il-Papa Franġisku ħareġ mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u qabad triqtu biex jibda r-rotta pjanata. Fuq barra tal-Ajruport hemm numru kbir ta’ nies li qed jagħtu merħba lill-Papa
1010h – Ċerimonja ta’ merħba mill-Armata ta’ Malta għall-Papa Franġisku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta
1006h – Il-Papa Franġisku jiltaqa’ mal-President ta’ Malta, l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna, l-Isqof t’Għawdex, Anton Teuma, u l-Kardinal Mario Grech, fost persuni distinti oħra
1002h – Il-Papa Franġisku jinżel minn fuq l-Ajruplan wara li ntlaqa’ minn Nunzio Appostoliku, Alessandro D’Errico
1000h – Fi Pjazza San Ġorġ, u toroq oħra madwar il-Belt Valletta nġabru numru kbir ta’ persuni bi stennija għall-wasla tal-Papa
0957h – Preżenti fuq barra tal-Ajruport hemm numru ta’ persuni li nġabru biex jaraw l-inżul tal-Papa, b’dawk preżenti għandhom kemm bnadar ta’ Malta u anke bnadar tal-Vatikan
0950h – L-ajruplan li fih hemm il-Papa Franġisku għadu kemm niżel fuq il-mitjar tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fuq quddiem tal-ajruplan hemm żewġ bnadar żgħar, fuq il-lemin bandiera ta’ Malta u fuq ix-xellug bandiera tal-Vatikan


0942h – Jasal fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta l-President ta’ Malta, George Vella flimkien ma’ martu Miriam
0940h – Il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta jinsabu lesti biex jilqgħu lill-Papa Franġisku f’pajjiżna
0936h – L-ajruplan li jinsab fuqu l-Papa Franġisku jinsab ftit kilometri ‘l bogħod mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

0907h – Kollox lest fl-ajruport għall-wasla tal-Papa Franġisku
0830h – Il-Papa Franġisku telaq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Ruma fi triqtu lejn Malta

Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>