Knisja Lokali

SEGWI: Malta tilqa’ lill-Kap tal-Knisja Kattolika

Ritratt: Martin Agius
Il-Papa Franġisku wasal f'pajjiżna għall-ħabta tal-10.00am b'titjira ta' ITA Airways

Il-wasla tal-Papa Franġisku f’Malta

ARA: Il-wasla tal-Papa Franġisku f’Malta 🇲🇹🇻🇦

Posted by NET News on Is-Sibt, 2 ta’ April 2022

Il-Papa Franġisku beda l-vjaġġ tiegħu fuq il-passi tal-Appostlu Missierna San Pawl bi żjara statali u appostolika fil-gżejjer Maltin hekk kif is-Sibt filgħodu, wasal b’titjira tal-linja nazzjonali tal-ajru Taljana, ITA Airways, għall-ħabta tal-10.00am.

Mal-wasla tiegħu, huwa tniżżel minn fuq l-ajruplan permezz ta’ lift għal fuq il-mitjar tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex imbagħad ntlaqa’ mill-President ta’ Malta, George Vella, il-mara tiegħu, Miriam, il-Prim Ministru, l-iSpeaker tal-Parlament, il-Prim Imħallef kif ukoll l-Ambaxxatur tas-Santa Sede f’pajjiżna, Mons. Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku.

Ritratt: Martin Agius

Fost dawk il-membri tal-kleru li laqgħu lill-Papa Franġisku u ‘l-President ta’ Malta kien hemm il-Kardinal Għawdxi, Mario Grech, l-Arċisqof ta’ Malta, Charles Scicluna, u l-Isqof t’Għawdex, Anton Teuma.

Sussegwentament, il-Papa Franġisku ngħata tislima bl-Innu tal-istat tal-Vatikan, il-Marcia Pontificale, kif ukoll l-Innu Malti mill-banda tal-Forzi Armati, akkumpanjata minn stakkament tal-istess Forzi.

Ritratt: Martin Agius

Iċ-ċeremonja tal-wasla bdiet għall-ħabta tal-09.45am hekk kif mal-wasla tal-President ta’ Malta, George Vella, huwa ngħata s-salut nazzjonali bid-daqq tal-Innu Malti.

Wara li għadda mill-Ajruport, minn hemm beda l-mixja tiegħu għall-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta fil-karozza uffiċċjali tiegħu, Fiat 500, bi skorta li se tgħaddi minn biswit l-irħula tal-Gudja, Ħal Luqa, Santa Luċija, Ħal Tarxien, Raħal il-Ġdid, il-Marsa biex mal-wasla fi Blata l-Bajda, jirkeb il-Popemobile għal Triq Sant’Anna l-Furjana lejn Triq ir-Repubblika, l-Belt Valletta.

Ritratt: Martin Agius
Ritratt: Martin Agius