Mill-Marsa sal-Floriana. Mill-Belt Valletta sar-Rabat. Entużjażmu kbir minn kull fejn għadda l-Papa Franġisku fl-aħħar 10 sigħat.
Wara ċ-ċerimonja tal-wasla.. il-vettura tal-Papa għaddiet minn Triq Aldo Moro, Triq Diċembru Tlettax sal-wasla tiegħu fiz-zona ta’ Bieb il-Bombi – lejn Triq Sant Anna. U minn hawn, uża l-Pope Mobile biex jidhol lejn Pjazza San Ġorġ.
Għall-ħin ta’ nofsinhar, il-Papa Franġisku żar in-Nunzjatura fir-Rabat fejn għadda mill-Byass tal-Imrieħel lejn H’Attard, fid-direzzjoni lejn Tal-Virtù.
Aktar tard, il-Papa kompla biż-żjara tiegħu f’Malta billi twassal lejn il-Port il-Kbir, fejn hemmhekk kien akkumpanjat minn għadd ta’ dgħajjes u bċejjeċ oħra tal-baħar fil-vjaġġ illi beda lejn Għawdex.
U kull fejn żar, kulħadd kelma waħda – Papa li immarka lill-poplu tagħna bl-umilta’ u s-sempliċita tieghu. Mhux b’inqas, it-tbissima li hi sinonima ma’ dan il-Papa.
//= $special ?>