Il-pandemija ħalliet vittma oħra f’pajjiżna fl-aħħar sigħat biex sa mill-bidu tal-imxija il-virus ħalla 639 fatalità.
Intant fl-istess ħin, l-każijiet attivi ta’ Covid-19 ikomplu jiżdiedu konsistentement. Dan meta bejn ilbieraħ u llum, 791 persuna rriżultaw pożittivi għall-virus filwaqt li fiequ 265, biex b’hekk il-każi attivi telgħu għal 6,495 mill-5,970 tal-bieraħ.
Minn wara l-elezzjoni, il-Gvern mhuwiex jagħti aktar dettalji bħall-etajiet tal-vittmi tal-virus u n-numru ta’ persuni li jinsabu rikoverati fl-isptar u fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>