Il-poplu huwa herqan biex igawdi dawn il-jumejn mill-isbaħ bil-preżenza ta’ Papa Franġisku fostna.
Sostna dan l-Isqof Awżiljarju Monsinjur Joe Galea Curmi illi f’kummenti lil Net News insista li l-Papa Franġisku nnifsu għamilha premura li minkejja kollox… xorta waħda jiġi jżur lil gżejjer Maltin.
Huwa insista li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jgħin biex tissahhah l-għaqda u nahdmu kontra dak li jfixkilna.
L-Isqof Galea Curmi stqarr li għal knisja f’Malta din iż-żjara appostolika hija waħda ta’ importanza kbira…u iddeskriva dan il-vjaġġ bħala wieħed li jgħaqqad il-pajjiż fl-imħabba, u li jagħti wkoll it-tama.
//= $special ?>