Għall-ħabta tat-8am fuq NET TV bebda t-tieni jum ta’ xandira maratona li qed twassal live il-mumenti kollha taż-żjara tal-Papa Franġisku fil-gżejjer Maltin.
Din ix-xandira tistgħu ssegwuha wkoll fuq il-live stream fuq Net On Demand
Ix-xandira tinkludi kollegamenti live tal-aktar mumenti importati ta’ din iż-żjara tal-Papa f’pajjiżna, kif ukoll numru ta’ features, u intervisti ma’ mistiedna speċjali f’dan il-programm.

Dalgħodu l-Papa mistenni jżur il-grotta ta’ San Pawl fir-Rabat, wara jagħmel żjara lill-Kappella ta’ San Ġorg Preca fil-Ħamrun,, filwaqt li wara, jasal fuq il-Fosos tal-Furjana fejn flimkien ma’ 600 qassis se jkun qed jiċċelebra quddies.
Imbagħad iż-żjara tal-Papa tilħaq il-qofol tagħha fil-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far fejn hemmhekk se jiltaqa’ mal-immigranti. Din iż-żjara ġġib fi tmiemha l-miġja tal-Papa Franġisku f’pajjizna fejn għall-ħabta tas-6pm mistenni jħali pajjiżna lura lejn il-Vatikan.
//= $special ?>