It-tieni waqfa ta’ Papa Franġisku dalgħodu kienet fil-kappella ta’ Dun Ġorġ fi Blata l-Bajda.
Huwa kellu jbiddel il-karozza quddiem din il-kappella iżda kif mistenni Franġisku waqaf biex jagħmel żjara qasira fil-kappella ddedikata lill-fundatur tas-soċjeta tad-Duttrina f’pajjiżna, Dun Ġorg Preca.
Il-Papa, akkumpanjat anke hawn mill-Arċisqof Scicluna, waqaf fuq it-tarġa tal-bieb prinċipali ta’ din il-kappella u hemmhekk talab quddiem il-korp qaddis ta’ San Ġorġ Preca. Dan propju bħal ma kien għamel ukoll qablu il-Papa Ġwanni Pawlu t-II li aktar tard kien ikkanonizza u ddikkara qaddis lis-saċerdot Malti tant maħbub.
Mal-ħruġ tiegħu il-Papa rikeb fuq waħda mill-Pope Mobiles biex seta’ jsellem lill-mijiet li nġabru qrib din il-kappella sabiex jarawh hu u beda triqtu lejn il-fosos tal-Floriana.

